Lokali

AĠĠORNATA: Raġel imut wara li waqa’ f’xaft fil-Mosta

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Mosta, sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’
madwar erbá sulari f’xaft.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-3pm, f’residenza privata fi triq il-Ħarifa, l-Mosta.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma sfortunatament, huwa kien iċċertifikat
mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Franco Agius ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.