Fulham 2 Chelsea 1
Rebħa għal Fulham li permezz tagħha telgħu fit-8 post fil-klassifika u laħqu lil istess Chelsea b’31 punt.
Partita fi Craven Cottage li matulha r-referee Peter Bankes kien kostrett jammonixxi xejn anqas minn tmien players flimkien mat-tkeċċija diretta ta’ Marc Cucurella ta’ Chelsea fit-22 minuta.
Fil-ħin miżjud fi tmiem l-ewwel taqsima, gowl ta’ Ħarry Wilson għal Fulham ma kienx ikkonvalidat bil-VAR.
Fil-55 minuta, iżda, Fulham marru fil-vantaġġ permezz ta’ RAUL JIMENEZ li minn azzjoni ta’ Sander Berge għeleb lil Robert Sanchez.
Fit-72 minuta kien LIAM DELAP li għeleb lil Bernd Leno sabiex kiseb il-gowl tad-draw għal Chelsea. Reazzjoni minn Fulham li fil-81 minuta għamlu l-iskor 2 – 1 permezz ta’ HARRY WILSON b’Sanchez megħlub għat-tieni darba. Skor li bih intemmet il-partita.
Manchester City 1 Brighton & Hove Albion 1
Riżultat fl-Ettihad Stadium li bih l-aktar li gawdew kienu Arsenal li fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-istess Manchester City 48 – 43 apparti l-fatt li Arsenal lagħbu wkoll partita anqas. Bil-punt mirbuħ, Brighton telgħu komdi fil-11-il post fil-klassifika.
Fil-41 minuta Manchester City marru fil-vantaġġ wara li minn penalty ERLING HAALAND għeleb lil Bart Verbruggen għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Fis-60 minuta Brighton kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ KAORU MITOMA li minn azzjoni ta’ Yasin Ayari għeleb lil Gigi Donnarumma.
Burnley 2 Manchester United 2
Wara ġimgħa mqallba għal Manchester United bit-tneħħija minn kowċ ta’ Rubern Amorim, draw f’Turf Moor li ħalla lil United fis-7 post bi 32 punt flimkien ma’ Newcastle United. Burnley baqgħu fil-post ta’ qabel tal-aħħar bi 13-il punt.
Fit-tieni taqsima b’Manchester United fuq l-offensiva fis-60 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ BENJAMIN SESKO li minn azzjoni ta’ Bruno Fernandes għeleb lil Martin Dubravka. Sitt minuti wara Manchester United fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Patrick Dorgu kien mill-ġdid SESKO li għeleb lil Dubravka.
Sitt minuti wara kien JAIDON ANTHONY li minn azzjoni ta’ Marcus Edwards kiseb il-gowl tad-draw għal Burnley.
Fil-G Tech Community Stadium :
Brentford 3 Sunderland 0
Rebħa li biha Brentford ikkonsolidaw posthom fil-ħames post bi 33 punt u telgħu punt taħt Liverpool.
Fit-30 minuta Brentford fil-vantaġġ b’gowl ta’ IGOR THIAGO li minn azzjoni ta’ Vitaly Janelt għeleb lil Robin Roefs. Fis-60 minuta Sunderland naqsu milli jiksbu l-gowl tad-draw wara li Enzo Le Fee falla penalty.
Fil-65 minuta Brentford irdoppjaw bit-tieni gowl ta’IGOR THIAGO minn azzjoni ta’ Kevin Schade sabiex bil-partita magħluqa fit-73 minuta kien YEHOR YARMOLIUK li minn azzjoni ta’ Nathan Collins għeleb mill-ġdid lil Roefs 3 – 0 skor li biħ intemmet il-partita.
//= $special ?>

