Futbol In-Nazzjon illum Lokali Sport

Siena Calcio jirrifjutaw offerta ta’ €1.3 miljun minn Joseph Portelli

Il-President ta' Ħamrun Spartans, Joseph Portelli
Il-President ta' Ħamrun Spartans, Joseph Portelli

Rapporti li qed jidhru fil-midja Taljana, żvelaw kif il-klabb ta’ Siena Calcio rrifjuta proposta biex il-klabb tal-futbol jinxtara għas-somma ta’ €1.3 miljun.

Skont Gazzetta di Siena, din l-offerta kienet waħda konkreta, strutturata u bi pjan ta’ viżjoni. Il-proposta saret mill-grupp J Portelli Projects, kumpanija kummerċjali Maltija, li hi involuta sew f’xogħol ta’ kostruzzjoni u hija mmexxija minn Joseph Portelli, imprenditur Għawdxi. Portelli hu wkoll il-President taċ-champions tal-futbol lokali, Ħamrun Spartans.

Skont dak li qed jiġi rrappurtat, il-proposta ta’ Portelli, kienet miċħuda kategorikament u ma tat ebda lok li l-kumpanija inkwistjoni tkompli tinnegozja mal-klabb mill-Belt ta’ Toskana.

Jingħad li sabiex il-kumpanija Maltija għamlet il-proposta tagħha, Portelli għamel użu minn konsulenti u professjonisti b’esperjenza diretta fid-dinja tal-futbol u mhux minn persuni bla esperjenza jew barra minn dan is-settur.

Madankollu, ir-risposta tas-sidien ta’ Siena Calcio għall-proposta ta’ Portelli kienet waħda ċara u kategorika: “Siena Calcio hu tagħna u mhux se nbigħuh.”