Fl-Ingilterra tħabbret il-mewt tal-eks attakkant ta’ Tottenham Hotspur u tat-tim Ingliż Martin Chivers. Huwa kellu 80 sena.
Matul it-tmien snin tiegħu ma’ Tottenham kien skorja 174 gowl fi 367 partita biex għen lill-klabb jirbaħ il-League Cup darbtejn, kif ukoll il-UEFA Cup.
Huwa skorja wkoll 13-il gowl fl-24 dehra tiegħu mat-tim Nazzjonali Ingliż, fosthom żewġ gowls kontra Malta f’Wembley Stadium fl-1971 fir-rebħa ta’ 5 – 0.
Imwieled f’Southampton f’April tal-1945, Chivers għamel id-debutt tiegħu għall-klabb ta’ pajjiżu fl-età ta’ 17-il sena.
Wara li skorja 106 gowls f’190 dehra partita għal Southampton, Martin Chivers iffirma ma’ Tottenham immexxija minn Bill Nicholson f’Jannar 1968 għal ħlas ta’ £125,000.
Fi tmiem il-karriera lagħab fl-Iżvizzera u n-Norveġja kif ukoll ma’ Norwich City, Brighton u Dorchester Town, qabel ma rtira fl-1983 wara perjodu qasir ma’ Barnet.
//= $special ?>

