Storja oħra esklussiva żvelata minn Replay u Net News, il-midfielder mill-Kosta tal-Ivorju, Ali Diakité jagħmel ir-ritorn uffiċjali tiegħu mal-Pawlisti wara sena nieqsa mil-futbol Malti.
Diakité lagħab l-ewwel darba f’pajjiżna lura fl-2022 meta ffirma l-ewwel darba ma’ Hibernians. Il-plejer dam sena u nofs ma’ Hibernians qabel ma ffirma ma’ Birkirkara fis-sajf tal-2023.
F’49 partita ma’ Hibernians huwa skorja żewġ gowls. Ma’ Birkirkara huwa lagħab 26 partita u skorja f’okkażjoni waħda
//= $special ?>

