Wara li l-aħbar li ġiet żvelata ftit ta’ ġranet ilu mill-paġna Replay flimkien ma’ dan is-sit, waslet fl-aħħar il-firma uffiċjali tad-difensur Serb Dejan Djuric ma’ Sliema Wanderers, hekk kif iżjed kmieni llum il-klabb tal-YoHealth Malta Premier ħabbru l-akkwsit b’mod uffiċjali fuq il-mezzi soċjali tagħhom.
Id-difensur ta’ 27 sena kien l-aħħar jilagħab ma’ Pelister Bitola, fil-Prva Makedonska Fudbalska Liga, l-għola kampjonat fil-Maċedonja ta’ Fuq.
Djuric lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Serb ta’ taħt id-19-il sena f’żewġ okkażjonijiet.
//= $special ?>

