Il-plejer veteran, ta’ 38 sena, Edmond Agius, magħruf bħala “Il-Mundu” ħabbar li dan se jkun l-aħħar staġun professjonali tiegħu bħala plejer, u se jkun qiegħed iħalli lil Sliema Wanderers fl-aħħar tal-istaġun.
Agius għandu karriera twila fil-futbol Malti li bdiet lura fl-2005 ma’ Hibernians, fejn hemm qattgħa 3 stapuni u lagħab total ta’ 21 partita u skorja żewġ gowls, qabel ma ffirma ma’ Valletta fl-istaġun 2008/09, fejn hemm qattgħa l-iżjed staġuni u lagħab l-iżjed logħob, b’total ta’ 175 partita fil-kompetizzjonijie kollha u skorja 18-il gowl u pprovda 10 assists.
Fl-istaġun 2014/15 Agius iffirma ma’ Birkirkara, u lagħab mal-Istripes sa’ 2017/18 fejn eventwalment iffirma ma’ Sliema Wandererss u se jirtira mal-Blues fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
//= $special ?>

