Futbol Sport

Ħamrun Spartans ikomplu jsaħħu nofs il-grawnd bl-akkwist ta’ Danilo Bulevardi

Ftit ħin qabel ma’ ħabbru l-akkwist tal-Internazzjonali Malti, Matthew Guillaumier, iċ-champions Ħamruniżi ħabbru akkwist ta’ midfielder ieħor, Danilo Bulevardi mingħand Virtus Verona fis-Serie C.

Il-midfielder ta’ 30 sena għandu esperjenza vasta fil-kampjonati t’isfel tal-Italja, u huwa magħruf għal mod kalm kif jikkontrolla l-pussess tal-partita u l-abilta’ tal-passses fit-tul li għandu.

Matul il-karriera tiegħu, Bulevardi lagħab għal bosta timijiet fotshom Ischia, Pescara, Teranno, Pordernone, Robur Siena, Cavese, Legnago, AS Gubbio, Monopoli u riċentament Virtus Verona.