Wara lejl ta’ ksieħ u maltemp, il-kumpanija Ingliża National Grid irnexxielha terġa’ tassigura l-provvista tal-enerġija f’148,000 dar. Dan hekk kif ir-Renju Unit għadu qed jikkumbatti l-kesħa estrema ta’ dawn il-jiem – xita, riħ qawwi u anke borra li ksiet partijiet sħaħ ta’ Wales, l-Iskozja u anke l-Ingilterra.
L-awtoritajiet qed jgħidu li għad hemm mat-62,000 residenza li għadhom bla dawl.
Apparti minn hekk, is-servizz tal-ferrovija u t-trasport b’tal-linja għadu qed jesperjenza dewmien – f’xi każi, anke vjaġġi li kellhom jitħassru.
Qed jingħad li l-maltempata ‘Goretti’ affettwat anke diversi titjiriet li ġew kanċellati.
Fl-aħħar sigħat, kellha tingħalaq parti mill-arterja prinċipali M1 minħabba inċident ikkawżat mill-borra.
//= $special ?>

