Lokali

AĠĠORNATA: Il-paġna ta’ Net News fuq Facebook lura għan-normal

Ħidma biex is-sitwazzjoni tirritorna lura għan-normal fi żmien qasir

Il-paġna ta’ Net News fuq Facebook spiċċat fil-mira ta’ rapporti diretti fuqha, bir-riżultat li kienet sospiża għal numru ta’ sigħat.

Iżda wara li l-istazzjon appella minn dan il-pass li ħadet il-kumpanija Meta, issa l-paġna reġgħet ġiet attivata u tista tintuża b’mod regolari mill-eluf ta’ segwaċi li jsegwuna kuljum.

Il-paġna ta’ Net News fuq Facebook – li għandha ‘l fuq minn 153,000 follower – kienet ilha minn filgħodu mhix aċċessibbli.

Il-pjattaformi l-oħra fuq YouTube, Instagram u TikTok kienu għadhom qed jaħdmu b’mod regolari.

Jirriżulta li dawn ir-rapporti fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook waslu eżatt wara s-survey tal-Awtorità tax-Xandir li poġġa’ lil Net bħala l-aktar stazzjon popolari f’pajjiżna.