Festi Kultura Lokali

Il-presepju li rebaħ l-ewwel post fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji

Minn Betlehem sa Belt Hompesh – Presepju maħdum minn Jean-Pierre Mifsud, li ġie kklassifikat fl-ewwel post fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji.

Dan jinsab f’garaxx Nru 61, Triq E. Catania, Ħaż-Żabbar. Huwa fuq stil bibbliku u b qies ta madwar ħdax-il pied b’ħdax-il pied.

Il-presepju huwa maħdum minn ġablo u l-ġibs, u ilu jinħadem għal madwar 16-il sena. Il-pasturi huma maħdumin lokalment minn Jesmond Micallef.

L-esebizzjoni tal-presepju se tkun miftuħa għall-aħħar darba s-Sibt, 10 ta’ Jannar, mis-18:00 sa 20:00 u l-Ħadd, 11 ta’ Jannar, mill-15:30 sa 19:30.