Wara ġimgħa ta’ spekulazzjonijiet, Matthew Guillaumier jirritorna lura maċ-champions ta’ Malta hekk il-klabb Ħamruniż ikkonferma l-akkwist tal-plejer internazzjonali Malti ftit ta’ ħin ilu.
Guillaumier ħalla lill-Ispartans lura fl-2023 biex hemm ingħaqad ma’ Stal Mielec fl-għola diviżjoni fil-Polonja, L-Elkstraklasa, qabel ma ffirma mat-tim ġrieġ Panserraikos, li jilagħab fis-Super League 1, ukoll l-għola diviżjoni.
“Il-Gulli” kif inhuwa magħruf mas-sapporters Ħamruniżi, lagħab 68 partita mal-Ispartans fejn skorja 11-il gowl u pprovda ukoll 11-il assist. Huwa ngħaqad ma’ Ħamrun fl-2020 wara 4 staġun ma’ Birkirkara, u ħalla lill-Ispartans għall-ewwel darba fl-istapun 2021/22 għal ftit xhur fejn lagħab ma’ Siena fis-Serie C Taljana, qabel reġgħa ngħaqad ma’ Ħamrun Spartans dik is-sena stess. Fl-istġaun 2023/24 huwa eventwalment reġa telaq lill-Ispartans għat-tieni esperjenza professjonali tiegħu barra minn pajjiżna.
Ma’ Ħamrun Spartans huwa rebaħ il-Kampjonat Premier darbtejn, fl-2020/21 u 2022/23, fejn f’dawk iż-żewġ staġuni huwa ukoll kien magħżul bħala l-aqwa plejer tal-kampjonat Malti.
//= $special ?>

