Internazzjonali

Protesti kbar fl-Iran kontra r-reġim Iżlamiku jintensifikaw fil-kapitali

Folol kbar qed jipprotestaw madwar il-kapitali Iranjana u f’ibliet oħra, f’dak li jingħad li huwa l-akbar wirja ta’ forza mir-ribelli kontra r-reġim Iżlamiku f’dawn l-aħħar snin.

Id-dimostrazzjonijiet f’Tehran u fil-belt ta’ Mashhad qed jassistu għal protesti kbar b’messaġġ kontra t-tiranija tal-Istati Iżlamiku li ilu jmexxi lil dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar kważi 50 sena.

Il-protesti jsejħu għall-waqgħa tal-Mexxej Suprem tal-Iran Ayatollah Ali Khamenei u r-ritorn ta’ Reza Pahlavi, l-iben eżiljat tal-aħħar Re Iranjan, li qed iħeġġeġ lis-sostenituri tiegħu sabiex joħorġu fit-toroq u jkomplu jwettqgħu pressjoni sabiex jaqa’ r-reġim.