Il-President tal-Istat Uniti Donald Trump qed jkompli jippersisti li jrid jieħu f’idejh il-kontroll ta’ Greenland, fejn qal li hu determinat li jmexxi bil-pjan tiegħu dwar Greeland minħabba ‘riskji ġeopolitiċi’.
Trump qal li jrid jibda negozjati mad-Danimarka fuq dan it-territorju Daniż, għalkemm ta’ x’jifhem li l-Gvern Amerikan lest jagħmel pressjoni qawwijja jekk ma jintlaħaqx ftehim – minħabba li fil-fehma tiegħu r-Russja u ċ-Ċina jistgħu wkoll jieħdu l-kontroll ta’ Greenland.
Dawn l-istqarrijiet saru waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House fil-preżenza tal-Viċi President Amerikan JD Vance u s-Segretarju tal-Istat Marco Rubio, flimkien ma’ rappreżentanti mill-industrija taż-żejt.
Meta kien mistoqsi dwar jekk din hix kwistjoni finanzjarja, huwa qal li mhux qed jaħseb dwar flus – u li din hija issue li tmur oltre minn hekk. U insista li determinat li jwettaq il-pjan tiegħu b’kull mezz; jiġri x’jiġri.
Greenland huwa territorju awtonomu li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Danimarka, iżda l-Amerikani diġà għadhom aċċess miliari u preżenza fi Greenland – bi ftehim li kien sar mad-Danimarka.
Intant, diversi mexxejja Ewropej oġġezzjonaw għal kwanlunkwe pressjoni fuq id-Danimarka jew fuq il-Gvern ta’ Greenland.
Il-Gvern Daniż wissa ukoll li kull xenarju ta’ azzjoni militari kontra territorju ta’ alleat tan-NATO huwa ta’ theddida għall-għaqda u l-kredibbiltà ta’ din l-entità.
Dawn l-iżviluppi kollha qed iseħħu wara li kważi ġimgħa ilu l-militar Amerikan arresta lil-President tal-Venezuela Nicolas Maduro, li bħalissa qed jaffaċċja proċess ġudizzjarju fi New York.
//= $special ?>

