Floriana …………….. 0
Valletta …………….. 0
Floriana: G.Cioletti, M.Beerman, J.Grech, N.Varela, Z.Scerri, D.Vella, A.Kurtalic, O.Spiteri, M.Jah, C.M’Mbombwa, I.Perreira
Valletta: A.Aguero, S.Borg, A.Zammit, B.Paiber, J.Azzopardi, K.Regala, Y.Yankam, K.Bewer, E.Mbende, S.Radic, T.Aldama
Referee: I.Barbara
Assistenti Referees: L.Portelli, D.Sultana
Fl-Istadium Nazzjonali diżappunt għal Floriana hekk kif temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Valletta. B’dan ir-riżultat Floriana naqqsu milli jtemmu l-Opening Round fl-ewwel post tal-klassifika wara li kienu ilhom fil-quċċata għal diversi ġimgħat.
Il-partita mill-ewwel ħadet żvolta differenti minn dak mistenni hekk kif fit-13-il mintua tkeċċa għalihom id-debuttant Diogo Tavares, bir-referee Ismael Barbara jagħmel dan wara konsultazzjoni mal-FVS. Bi Floriana ma jirnexxielhomx jiżblokkaw ir-riżultat u Valletta jiddefendu tajjeb, kienu Floriana li fis-57 minuta spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers ukoll meta tkeċċa għalihom Charles M’Mombwa.
//= $special ?>

