Lokali

Ħabta bejn żewġ vetturi fil-Mosta tħalli żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:15pm il-Pulizija seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl tal-Qliegħa, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Volvo XC 40 misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imtarfa u Opel Astra misjuqa minn
raġel ta’ 60 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet iż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, ir-raġel ta’ 60 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li
weġġa’ ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.