Internazzjonali

Il-Gvern Ingliż mistenni jieħu passi kontra ċ-chatbot ta’ X

Elon Musk attakka lill-Gvern Brittaniku u qal li l-Gvern qed ifittex skuża biex jimponi ċensura, hekk kif qed tkompli tikber ir-reazzjoni tal-pubbliku kontra GROK – iċ-chatbot tal-Intelligenza Artifiċjali marbut ma’ X.

Dan wara li kien hemm rapporti li din iċ-chatbot kienet qed tintuża biex toħloq kontenut espliċitu, inkluż dak sesswali.

Fil-jiem li għaddew, il-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer qal li X irid jieħu kontroll fuq Grok u talab lil Ofcom jagħmel il-passi meħtieġa, inkluż miżuri iebsa jekk din il-pjattaforma ma tosservax il-liġijiet tar-Renju Unit dwar is-siġurtà online.

Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li ser tappoġġja azzjonijiet iebsa, inkluż il-possibiltà li timblokka din il-pjattaforma jekk dawn ma jikkonfromax mal-liġijiet.