L-ewwel attività tal-Ħadd indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għal din is-sena, ser tkun qed issir fid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pieta.
Dan hekk kif minħabba l-maltemp previst għal għada il-Ħadd 11 ta’ Jannar, ittieħdet id-deċiżjoni li l-ewwel attività politika tal-Ħadd għas-sena 2026, minflok issir kif skedata f’San Ġiljan, ser issir fid-Dar Ċentrali.
L-attività ser tkun qed tibda’ fil-11 ta’ filgħodu – bil-qofol jintlaħaq bid-diskors ta’ Alex Borg. Liema diskors ser jkun wkoll qed iwitti t-triq għal din is-sena importanti li fiha Alex Borg ser jkompli jwettaq ir-riformi mwiegħda minnu, filwaqt li joffri proposti tanġibbli li kapaċi jġibu bidla reali f’ħajjet il-poplu Malti.
//= $special ?>
