Jidher ċar li ż-żgħażagħ Maltin mhux qed tinteresshom xejn l-iskema li ġiet imnedija mill-Ministru tat-traffiku Chris Bonnet – b’uħud jenfasizzaw li l-problema hija n-nuqqas ta’ investiment fit-trasport pubbliku, b’mod f’Tal-Linja.
Dan hekk kif Transport Malta għadha kemm ħarġet skema – li permezz tagħha iż-żgħazagħ li għandhom inqas minn 30 sena jistgħu jagħżlu li jirritornaw il-liċenzja tagħhom u jingħataw €5,000 kull sena għal ħames snin.
Intant din l-iskema, ma tantx tidher li niżlet tajjeb maż-żgħażagħ, hekk kif f’VOX pop li ħejja l-ġurnal Times of Malta – fl-Universita ta’ Malta, kienu bosta studenti li kkritikaw din l-iskema u li ħadd minnhom għadu m’applika għaliha – b’uħud itennu li mhijiex worth it, li t-trasport pubbliku f’pajjiżna mhuwiex effiċjenti, li jixtiequ jżommu l-liċenzja tagħhom sabiex ikunu indipendenti, li mhijiex inċentiva biżżejjed sabiex wieħed jirritorna l-liċenzja tiegħu, fost numru ta’ raġunijiet oħrajn.
Bis-sentiment espress ikun dak li anke jekk iċedu l-liċenzja, xorta waħda ser ikollhom joqgħodu fit-traffiku għal siegħat twal.
Dan kollu jwassal għal konklużjoni waħda – li din l-iskema mhijiex se tkun qed ittaffi l-problema tat-traffiku li għandna f’pajjiżna.
Anke minħabba Gvern li għal dawn l-aħħar 14-il sena żied kemm felaħ il-popolazzjoni u ma nediex pjan ċar għal trasport tal-massa – tant li fl-aħħar Budget, li suppost kellu jkun l-aqwa wieħed fl-istorja ta’ Malta, tefa’ kompletament fil-ġenb din il-problema kbira tat-traffiku.
//= $special ?>
