Internazzjonali

Nirien kbar jaħkmu r-reġjun tal-Patagonja fl-Arġentina

Nirien devastanti qed jaħkmu reġjun tal-Patagonja fl-Arġentina, fejn aktar minn 3,000 turist kellhom jiġu evakwati hekk kif żoni qrib il-muntanji tal-Andes fil-provinċja ta’ Chubut qabdu bin-nirien

In-nirien bdew t-Tnejn li għadda, u ħakmu diversi djar u għelieqi f’diversi lokalitajiet tal-Patagonja. Filmati ppublikati mill-midja tal-Arġentina juru sħab ta’ duħħan u nirien fil-foresti – b’ħafna residenti u turisti jitħallew bla għajnuna sakemm il-forzi tat-tifi tan-nar kellhom jintervenju f’kundizzjonijiet mill-aktar diffiċli.

L-aktar żona li kienet affettwata hija Comarca Andina, destinazzjoni popolari għat-turisti, fejn in-nar nxtered malajr minħabba r-riħ qawwi u n-nixfa tal-art.

Uffiċjali lokali kkonfermaw li kien att intenzjonat li kkważa dan in-nirien. Bl-awtoritajiet qed iwissu li fil-jiem li ġejjin it-temperaturi għoljin u n-nixfa estrema, jistgħu ikomplu jxerrdu n-nirien devastanti.