Lokali

Sandro Grech ma jistax jibda l-vjaġġ tiegħu lejn iċ-Ċina għall-kura

Kollox kien lest sabiex Sandro Grech, jibda l-vjaġġ tiegħu lejn iċ-ċina għall-kura kont l-marda tal-luwkimja. Iżda fl-aħħar sigħat inqala’ ostaklu hekk kif il-kumpanija tal-Air Ambulance infurmat lil din il-familja b’żieda ta’ €80,000 fuq il-prezz li diġà kienu ħallsu u qablu fuqu.

Ħabbret dan f’post fuq il-midja soċjali, martu Abigail fejn stqarret “għalkemm ippruvajna nispjegaw is-sitwazzjoni u l-urġenza ta’ Sandro, sfortunatament it-talbiet tagħna s’issa qed jiġu injorati.

Iddeskriviet din is-sitwazzjoni bħala mument ta’ qtigħ il-qalbi meta min għandu d-dmir morali li jgħin f’sitwazzjoni ta’ ħajja jew mewt, jagħżel li jagħmel l-affarijiet iktar diffiċli.

Abigail, temmet tisħaq “għandna bżonn li s-sens komun jirbaħ fuq kollox biex nhar it-Tlieta Sandro jkun jista’ jibda l-vjaġġ tiegħu kif ippjanat. Grazzi talli qed tkunu t-tarka tagħna f’din l-inġustizzja.”