Lokali

Sandro Grech se jkun qed jivvjaġġa lejn iċ-Ċina għall-kura kontra l-luwkimja

Sandro Grech, missier ta’ 41 sena se jkun qed jivvjaġġa lejn iċ-Ċina fejn se jkun qed jirċievi l-kura kontra l-luwkimja.

Ħabbret dan fi stqarrija fuq il-midja soċjali, martu Abigail Grech, fejn qalet kif minkejja li l-kuntatt għat-trial man-National University Hospital ta’ Singapore kien avvanza sew u Sandro kien ġie onboarded minn din l-istituzzjoni – irriżulta li l-firxa sħiħa tat-trattament u l-ispejjeż tal-isptar kienu ser jitilgħu għal ammont ferm akbar mill-€500,000 li nġabru.

Madanakollu, b’iktar riċerka u għajnuna anke mill-Acute Leukemia Advocacy Network issa Sandro ġie aċċettat għal trial fiċ-Ċina li joffri kura simili għal dik li kien se jirċievi f’Singapore.

Wara ġimgħat fejn Sandro kien qed jiġi trattat għal infezzjoni li żviluppatlu, t-tim tal-Mater Dei rnexxielu jgħinu sabiex jirkupra u jkun f’kundizzjoni stabbli biex ikun jista’ jivvjaġġa u jirċievi l-kura li għandu bżonn