Lokali

Terremot ta’ 5.1 fuq skala Richter jinħass wkoll f’partijiet minn Malta

Għal ħabta tas-5:55pm seħħ terrimot ta’ 5.1 fuq l-iskala Richter fl-ibħra tal-fliegu bejn Sqallija u l-Italja –

Intant bosta residenti f’Malta minn kull rokna stqarrew li ħassu dan it-terrimot – b’uħud jistqarru fuq il-midja soċjali li saħansitra qamu wara li ħassew it-theżżiż.

It-tagħmir tad-Dipartiment tal-Moniteraġġ u r-Riċerka Sismika tal-Università ta’ Malta rreġistra din it-theżżiża ftit wara li ġie rreġistrat fl-istitut ta’ Ruma bħala terrimot fuq skala ta’ 5.1.

Terrimoti ta’ 5 fuq l-iskala Ritchter huma kkunsidrati bħala moderati fil-qawwa, u jistgħu jinħassu minn kważi kulħadd fl-inħawi.