Sport

Hibernians fl-ewwel post tal-bottom 6 minkejja telfa kontra Mosta

Hibernians………..0
Mosta………………2

Hibernians: C. Branescu Cons ,L. Caruana ( Diakite Ali 60’), L.Villela Iapert , B.Kristensen , D.Xuereb , K.Halabaku, D.Bonnici( L.Abela 78’), M.Ellul , P.Mendonca, C. De Jesus, L.Duarte Lopes Mailson ( D.Muscat
78’), C. Silva Dos Santos

Mosta: D.Udoh Akpan , A.Agius, M.Bolanos Garcia , C. Diamanka Senghor , G.Sciberras , N.Agius ,P.Cacho Alves Da Silva J. Da Silva Dias 85’), S.Zibo S ( J.Eke Chukwuemeka 84’), J.Vassallo, Z.Brincat (P.Emmanuel 85’),J.Fernandes Da Silva Leonardo.
Skorjaw: J.Vassallo 59’,P.Emmanuel 90+4’(M)
Referee: Glen Tonna
Mosta ħarġu rebbieħa mill-aħħar konfront tagħhom tal-bottom six tal-opening round kontra
Hibernians. Minkejja dan ir-riżultat il-Pawlisti baqgħu fl-ewwel post tal-bottom 6 tal-YoHealth Malta
Premier.
Fl-ewwel taqsima, il-Mosta kienu kienu l-aktar perikolużi fil-11-il minuta b’xutt fil-baxx ta’ Zibo minn pożizzjoni ċentrali, iżda Branescu kkontrolla f’żewġ tentattivi.
Hibernians wieġbu fit-13-il minuta meta Iapert prova minn ġewwa l-kaxxa min-naħa tax-xellug, iżda l-ballun għadda ftit barra.
Hibernians kellhom ċans ieħor tajjeb fis-37 minuta meta Mendonca daħal fil-kaxxa mil-lemin, iżda Akpan ħareġ tajjeb u antiċipah.
Erba’ minuti wara, Halabaku prova x-xutt mill-bogħod iżda Akpan laqa’ mingħajr diffikultà, filwaqt li
fil-ħin miżjud Mosta ħarġu bil-kontrattakk permezz ta’ Diamanka li prova minn distanza iżda t-tentattiv
tiegħu spiċċa ferm għoli.

Fit-tieni taqsima, Hibernians bdew aktar intensi u fil-50 minuta kienu perikolużi darbtejn, Xuereb daħal fil-kaxxa mil-lemin iżda Akpan reġa’ antiċipah, u ftit wara Bonnici tefa’ ballun tajjeb lejn Iapert li daħal bil-ġirja u pprova jikkonkludi, iżda l-ballun mar barra.
Mosta sabu l-vantaġġ fid-59 minuta minn corner mil-lemin, b’Vassallo jogħla aħjar mid-difiża u jdawwar bir-ras għal ġewwa għal 1-0.
Mosta komplew jkunu perikolużi, b’Brincat ikun viċin meta prova minn tarf il-kaxxa u Branescu kellu jtajjar għal corner.
Fl-aħħar sekondi tal-partita, Emmanuel ta’ Mosta ħarab bil-ballun min-naħa tal-lemin u kien sejjer dirett lejn il-lasti, iżda Kristensen waqqfu b’intervent irregolari u r-refereeTonna saffar penalty. L-istess Emmanuel mar fuq il-punt tal-11-il metru u kkonverta biex issiġilla r-rebħa għal Mosta.