It-temp kiesaħ mill-Artiku li qed jolqot lill-Ewropa bħalissa, estenda anke sa Sqallija. Dan hekk kif matul il-lejl niżlet borra f’diversi zoni – partikolarment fil-madwar tal-Etna.
Fil-villaġġ ta’ Maletto – f’għoli ta’ madwar 960 metru – niżlet ammont konsiderevoli ta’ borra.
Intant, it-temp estrem ħalla mal-15-il vittma madwar l-Ewropa fl-aħħar jiem. Dan filwaqt li fl-Iskozja, mal-250 skola kellhom jagħlqu kaġun tal-ammont kbir ta’ borra li niżlet.
//= $special ?>

