Fl-20 ġurnata logħob tas-Serie A, Inter ospitaw lil Napoli fl-Istadium ta’ Giuseppe Meazza, bl-iskor ta’ 2-2.
Kienet pjuttost logħba mimlija ħafna azzjoni u tensjoni, hekk kif Napoli sabu l-gowl tad-draw barra minn darhom.
Inter marru fil-vantaġġ fid-9 minuta meta d-difensur laterali Federico Dimarco fetaħ l-iskor permezz ta’ assist tal-attakkant Marcus Thuram.
Napoli ma jaqtawx qalbhom u fis-26 minuta ġabu l-gowl tad-draw permezz tal-midfielder
Scott Tominay minn assist ta’ Eljif Elmas.
L-iskor tal-partita ntemmet 1-1 fl-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima, Inter ikollhom penalty wara li difensur Rrahmani għamel foul fuq Mkhitaryan.
Ir-referee Daniele Doveri jispiċċa jkeċċi lill-kowċ Taljan Antonio Conte wara li kien irrabjat mid-deċiżjoni tar-referee Doveri.
Il-penalty ġie mogħti minn Hakan Calhanoglu biex jagħmel l-iskor 2-1 għal Inter.
Minkejja dan il-gowl li sofrew Napoli, fit-81 minuta, l-istess McTominay jiskorja l-gowl tad-draw minn assist ta’ Noa Lang biex Napoli jirbħu punt minn din il-partita barra minn darhom.
F’aktar logħob ilbieraħ, Lazio rebħu barra minn darhom kontra Hellas Verona.
Il-gowl tar-rebħa jasal fit-80 minuta minn awtogowl ta’ Victor Nelsson.
L-iskor finali jkun dak ta’ 1-0 għal Lazio.
Milan jirbħu punt kontra Fiorentina, minkejja l-istaġun diżappuntanti ta’ Fiorentina.
Kienu Fiorentina li marru fil-vantaġġ fis-66 minuta permezz tad-difensur Comuzzo, u kollox beda jindika li l-Viola kienu se joħorġu rebbieħa minn din il-partita.
Madankollu, Milan irnexxielhom jevitaw telfa meta fl-aħħar minuti, l-attakkant Nkunku sab ix-xibka qrib il-90 minuta b’xutt b’saħħtu li ġab l-iskor indaqs għal 1-1.
Parma ħarġu rebbieħa barra minn darhom kontra Lecce wara li kienu qed jitilfu.
Stulic fetaħ l-iskor mal-ewwel minuta tal-logħba għal Lecce, iżda Parma ġabu l-iskor indaqs fl-64 minuta wara xutt ta’ Bernabé li spiċċa fix-xibka b’devjazzjoni bir-ras tal-plejer ta’ Lecce Tiago Gabriel.
Tmien minuti wara, Pellegrino issiġilla r-rebħa għal Parma b’daqqa ta’ ras wara korner.
B’hekk, Parma jirbħu bl-iskor ta’ 2-1.
Il-partita Inter kontra Napoli tintemm f’draw ta’ 2-2


