Il-vittmi mid-diversi protesti li qed isiru fl-Iran issa qabżu l-116 f’protesti li qed jiġu deskritti bħala l-akbar protesti mir-Rivoluzzjoni tal-1979.
Il-protesti issa daħlu fit-tielet ġimgħa tagħhom bl-awtoritajiet imponew blackout tal-internet.
Apparti l-vittmi, hemm ukoll 2,600 persuna li ġew arrestati fl-aħħar ġimgħat. Filmati verifikati fuq il-midja soċjali juru devastazzjoni sħiħa f’numru ta’ ibliet b’nirien li qed jinfirxu ma kullimkien.
Għaldaqstant, fi żviluppi oħra l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li lest li joffri kull għajnuna possibli speċjalement meta l-Iran qed ifittex il-libertà.
Intant, dawn il-protesti bdew kaġun ta’ inflazzjoni bla preċedent bil-protesti qed isiru f’madwar 100 belt fl-Iran iżda issa l-attivisti qed isejħu għat-tmiem tat-tmexxija ta’ Ayatollah Ali Khamenei.
//= $special ?>

