Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Hibernians jikkonfermaw l-ewwel post tal-klassifika

Ritratt: Elton Sant

Colin Schembri

Athleta 73

Caffè Moak Luxol 84

(18-25)(14-21)(20-18)(21-20)

Caffe Moak Luxol rebħu kontra Athleta 84–73 f’partita fejn l-isforz u l-prestazzjoni ta’ Athleta ma kinux biżżejjed biex iġibulhom l-ewwel rebħa tal-istaġun.

Athleta kellhom mumenti pożittivi, b’kontribut qawwi mill-bank (28 punt) u rispons tajjeb fit-tieni nofs, iżda Luxol kienu aktar effettivi speċjalment fiz-zona (40 punt) u fil-fast breaks (20 punt). Il-vantaġġ li Luxol żammew għal kważi l-partita kollha (38 minuta bil-quddiem) għamilha diffiċli għal Athleta biex idawru r-riżultat, li jfisser li minkejja wirja aħjar, baqgħu bla rebħa fil-kampjonat.

Athleta ippreżentaw player Amerikana ġdida, Macy Tyler Smith u rkupraw lil Britney Agius filwaqt li Luxol kellhom ir-ritorn ta’ Vanya Baldacchino li ħadet post Jada Said. Smith mal-ewwel fetħet il-partita bi trippla għall-Athleta li marru 5-1 minn fuq fl-ewwel ħinijiet. Luxol wieġbu permezz ta’ trippli minn Lisa Fenech Pace u Eve Axisa flimkien mal-Amerikana Olivia Wikstrom.

Wara punti minn Laura Camilleri u Nicole Vella, Athleta kellhom trippla oħra minn Kaya Calleja però Wikstrom ukoll għamlet it-tieni trippla tagħha għal skor ta’ 23-18. Fit-tieni perjodu, Luxol għamlu run ta’ 9-1 b’diversi punti minn Sarah Fenech Pace flimien ma’ Ella Abela u trippla ta’ Rebecca Fenech Pace. Athleta għamlu żewġ trippli minn Julia Schembri u Calleja però Luxol daħlu jistrieħu 46-32 minn fuq.

Fil-bidu tat-tielet taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin hekk kif Athleta żammew il-pass mal-avversarji. Iktar ‘il quddiem huma kellhom it-trippli minn Calleja, Schembri u Micallef u naqqsu d-distakk għal 12-il punt 48-60. Luxol kellhom il-punti ta’ Wikstrom u Gwenn Carabott qabel ma basket ieħor ta’ Micallef għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 52-64.

Fl-aħħar sessjoni, wara trippla ta’ Smith, Luxol kellhom punti konsekuttivi minn Wikstrom u L. Fenech Pace biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 15-il punt 70-55. Athleta naqqsu d-distakk mill-ġdid wara trippli minn Schembri u Smith u Jaelle Micallef biex waslu sa’ 9 punti ‘l bogħod. Luxol però kellhom vantaġġ tajjeb u setgħu jikkontrollaw l-aħħar sforzi tal-players ta’ Adrian Baldacchino u ħarġu rebbieħa 84-73.

Athleta: E. Farrugia, J. Schembri 13, B. Agius, N. Vella 6, K. Calleja 11, A. Micallef 11, K. Caruana 1, J. Micallef 3, M. Tyler Smith 14, S. Vella, K. Abela, S. Vella 11, L. Camilleri 3.

Caffè Moak Luxol: G. Carabott 5, K. Magro, E. Axisa 14, L. Fenech Pace 6, H. Galea, R. Fenech Pace 3, E. Abela 2, M. Camilleri, S. Fenech Pace 25, O. Wikstrom 27, V. Baldacchino 2, S. Sciberras

Valletta Dream 64

Betsson Depiro 82

(16-21)(16-32)(13-20)(18-18)

Betsson Depiro għelbu lil Valletta Dream 82–64 f’partita li kienet kważi kollha taħt il-kontroll ta’ Depiro. It-tim rebbieħ kien fuq quddiem għal aktar minn 39 minuta u fetaħ distakk massimu ta 24 punt, b’differenza li ħarġet minn punti fiz-zona (50 kontra 30) u fast breaks (24 kontra 13).

Depiro kellhom ukoll kontribut importanti mill-bank bi 23 punt. Valletta ppruvaw jirrispondu b’punti minn turnovers (23) u punti mill-offensive rebounds (14), iżda dan ma kienx biżżejjed biex inaqqsu d-distakk. Għal Valletta kien hemm id-debutt tal-player miċ-Ċina Shautung Yin li ħadet post Olesia Malashenko. Għal Depiro kienu nieqsa Julia Borg Xerri u Julia Borg u l-coach Julian Naudi kkonferma liż-żagħżagħ Ylenia Mangion, Claire Portelli u Maya Borg fl-iskwadra tiegħhu.

L-ewwel punti ġew minn Depiro permezz ta’ Sophie Abela u trippla ta’ Nicole Agius. Fil-minuti li segwew, Valletta żammew il-pass mal-avversarji tant li waslu sa’ punt ‘il bogħod 9-10 fil-ħames minuta fosthom bi trippla ta’ Yin. Depiro għamlu run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Agius għalkemm Caballero u Yin reġgħu wieġbu għal Valletta. Lovely Sonnier wieġbet għal Depiro, però Valletta għalqu b’sensiela ta’ free-throws għal skor ta’ 16-21.

Fit-tieni perjodu, Valletta naqqsu d-distakk għal basket 23-25, però hawn Depiro għamlu break ta’ 11-0 bit-tielet trippla ta’ Agius flimkien ma’ baskets minn Claire Privitera u Hannah Farag. Valletta wkoll wieġbu bi break ta’ 7-0 biex baqgħu viċin u t-taqsima ntemmet b’Depiro fuq quddiem 44-32 hekk kif fl-aħħar sekondi kellhom il-punti ta’ Farag u Sonnier.

Fit-tielet sessjoni, Montalvo u Privitera wieġbu lil xulxin biex il-vantaġġ ta’ Depiro baqa’ ta’ 12-il punt 50-38. Depiro għaddew biex għamlu run ta’ 10-1 bi trippli minn M. Borg u Mangion flimkien ma’ Sonnier u Abela. Valletta wieġbu permezz ta’ Caballero, però t-taqsima għalqet bid-Depiro fuq quddiem 64-45.

Fl-aħħar perjodu Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ b’aktar punti minn Privitera u Portelli minkejja li Valletta kellhom il-punti minn Marie Pollacco. Yin għamlet trippla għall-Beltin li komplew bi break ta’ 8-1 bi trippla ta’ Hayley Grixti, però Depiro kellhom vantaġġ komdu u ħarġu rebbieħa 82-64.

Valletta: S. Ling 29, M.E. Pollacco 12, M. Momcilovic, A. Caballero 13, H. Grixti 5, M. Mifsud, N. Montalvo 5.

Betsson Depiro: S. Abela 9, Y. Mangion 3, N. Agius 18, C. Portelli 5, J. Mallia 2, C. Privitera 16, C. Fenech 2, N. Borg 4, L. Sonnier 12, M. Borg 3, S. Deguara 2, H. Farag 6.

Referees: Miguel De Flavia, Andre Attard

Starlites Revive 60

Hibernians 78

(12-22)(23-19)(13-16)(12-21)

Hibernians ħarġu rebbieħa 78–60 kontra Starlites f’partita li kienet fil-kontroll tagħhom għal kważi l-ħin kollu.

Hibs kellhom shooting aħjar fiz-zona (54% kontra 42%) u vantaġġ fir-rebounds (51 kontra 37). Hibs sabu wkoll punti importanti mill-offensive rebounds (14). Starlites kellhom mumenti pożittivi, inkluż run ta’ 13–0 fit-tieni taqsima, iżda n-nuqqas ta’ konsistenza fl-attakk ma ħallihomx jibqgħu fil-logħba sal-aħħar.

Starlites kellhom żewġ addizjonijiet fl-iskwadra tagħhom hekk kif ġiet lura Michela Zammit Cordina u nkludew l-akkwist il-ġdid Jasmine Abela m’għand Hibs. Hibs kienu bil-formazzjoni issa stabbilità tagħhom.

Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 10-4 wara bidu kwiet fejn kien hemm trippla ta’ Steffi De Martino. Starlites wieġbu permezz ta’ Philippa Riolo u trippla ta’ Giorgia Haverlock u ppareġjaw 10-10. Hawn Hibs għamlu run ta’ 12-2 maqsuma bejn Sacha Lecuyer u Hailey Macleod għal skor ta’ 22-12.

Hibs kabbru l-vantaġġ fit-tieni taqsima b’aktar punti ta’ Macleod u Josephine Diaby. Starlites però ġew lura bi break sabiħ ta’ 13-0 bi trippli minn Catherine Cilia u P. Riolo u punti ta’ Haverlock u għamlu l-iskor indaqs 35-35. Fl-aħħar minuti, Hibs għamlu sitt punti mingħajr risposta u temmew is-sessjoni fuq quddiem 41-35.

Fit-tielet taqsima, wara basket fuq kull naħa minn P. Riolo u Josephine Diaby, Hibs żammew vantaġġ ta’ 5 punti bil-free-throws ta’ Macleod u Lara Micallef. Andie Saliba għamlet trippla għall-Pawlisti u minkejja risposta minn Cilia, Hibs baqgħu 57-48 fuq quddiem sa tmiem is-sessjoni.

Starlites bdew l-aħħar taqsima b’żewġ baskets konsekuttivi biex reġgħu waslu sa 5 punti ‘l bogħod. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Diaby, Macleod u trippla ta’ Lecuyer hekk kif komplew bi break ta’ 12-3 li rahom jiftħu vantaġġ ta’ 18-il punt 75-57. Dan il-vantaġġ kien biżżejjed għalihom biex jikkontrollaw l-aħħar ħinijiet tal-partita u jieħdu r-rebħa fuq skor finali ta’ 78-60.

Starlites Revive: Y. Ferrando, M. Riolo 2, C. Cilia 5, P. Riolo 14, M. Zammit Cordina 7, M. Fenech, R. Naudi, G. Haverlock 24, L. M. Zammit, K. Gatt, J. Abela 8, B. Sciberras.

Hibernians: M. Buhagiar , L. Micallef 4, I. Agius, S. Lecuyer 11, A. Saliba 5, M. Bonett 2, S. De Martino 16, M. Marmara, N. Farrugia, H. Macleod 25, J. Diaby 15, K. Sammut.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Jacques Siefert