Marsaxlokk……….2
Birkirkara…………1
Marsaxlokk: C. Mafoumbi, W.Da Silva Soares, O. El Hasni, E.Pepe, J. Carlos Corbalan (J. Vella
85’),A. Jorge Soares, T. Caruana (E. Attard 70’), J. Minala, D.Leandro Aguirre, D.Simkus (A.
Maiok 85’), M. Santos Barros (J.Hama 82’).
Birkirkara: M. Grech, F. Lopez Garrone, S. Viveros Lopez, K.Reid, S. Dimech, K. Fenech, J.Busuttil, N. Micallef, N. Cross, R.Bispo Dos Santos, S.Donovan
Makoma
Skorjaw: A.Soares 10’, E.Attard
90’(M), F.Lopez Garrone 35’(B)
Referee: Ezekiel Barbara
Fl-aħħar impenn tagħhom fit-Top 6 tal-YoHealth Malta Premier, Marsaxlokk temmew din il-partita b’rebħa ta’ 2-1 kontra Birkirkara fl-aħħar minuti.
Marsaxlokk issiġillaw il-ħames post, filwaqt li l-Istripes spiċċaw fis-sitt post.
Marsaxlokk fetħu l-iskor fl-10 minuta meta Ailton Soares tefa’ xutt fil-baxx li ħasad lil gowlkiper ta’ Birkirkara Matthew Grech.
Żewġ minuti wara, Birkirkara pprovaw iġibu l-gowl tad-draw meta xutt ta’ Shaun Dimech spiċċa ftit ‘il barra.
Fis-26 minuta, Marcelo Barros kien viċin li jirdoppja l-iskor għal Marsaxlokk wara żball fid-difiża, iżda x-xutt tiegħu ġie devjat għal corner. L-Istripes ġabu l-iskor indaqs fil-35 minuta minn freekick, u Francisco Lopez Garrone jikkonkludi, bil-ballun jiġi mxellef għal ġewwa.
Fit-tieni taqsima, fil-55 minuta, Kaiden Fenech ipprova minn barra l-kaxxa għal Birkirkara, iżda Maffoumbi kien attent u laqa’ tajjeb.
Marsaxlokk wieġbu fit-62 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Marcelo Barros, għal darb’oħra b’Matthew Grech jilqa’ mingħajr ebda problemi.
Marsaxlokk sabu l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud, wara cross mil-lemin, fejn is-sostitut Ensell Attard laqa’ mill-ewwel u għeleb lil Matthew Grech biex ta t-tliet punti lit-tim tiegħu.


