Lokali

NIŻVELAW: Ordni mill-Gvern biex jiċċensura lill-Oppożizzjoni

“Il-Gvern qed ikompli jiċċensura lill-Oppożizzjoni”.

Hekk stqarret id-deputat Nazzjonalista Bernice Bonello hekk kif illum, ir-Reġjun Port ser jinawgura is-sena bħala r-‘Reġjun Kulturali 2026’ permezz ta’ ċerimonja ta’ inawgurazzjoni f’Villa Bighi fil-Kalkara.

Fil-ġranet li għaddew id-deputat tal-PN irċeviet stedina biex bħala kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali tindirizza din l-attività. Iżda nhar l-Erbgħa filgħaxija ħarġet ordni mill-Gvern li l-Oppożizzjoni għandha tiġi eskluża mill-programm tal-kelliema.

“Minkejja kull tentattiv sabiex jgħalquli ħalqi u jgħalqu ħalq l-oppożizzjoni, nibqa’ kommessa li nibqa niddefendi u naħdem sakemm il-Kunsilli Lokali jerġgħu jieħdu lura d-dinjita li serqilhom dan il-Gvern”, qalet Bernice Bonello fuq il-media soċjali.