Sport

Rebħa minima għal Naxxar Lions kontra Tarxien Rainbows

Naxxar L…………….1
Tarxien……………….0

Naxxar L: M.Debono, J.Pedro De Souza Iseppe, G.Felipe (C.Kontchou Nganmini 81’),
M.Fenech (N.Pace Cocks 63’), C.Fourmy, E.Cerqueira Farias,J.V.Souza Dos Santos (O.Portelli 81’), R.Pereira Da Silva,M.Micallef ( T.Seara Kruger 81’),V.Ferreira De Jesus, J.V.Moura
Cardoso
Tarxien R: A.Lubik, M.D’Alessandro , G.Sequeira da Costa ( L.A.Borg 66’), C.H.Da Silva Barbosa, A.Valverde ( K.Gatt 85’), S.Mizzi, N.H.Da Silva Rosa, I.Hinestroza(W.A.Dantas Dos Santos 60’),K.Donsu, M.Musulin (M.Grima 85’), A.Vella
Skorjaw: R.Pereira Da Silva 90’ (N)
Referee: Slobodan Petrovic
Naxxar Lions rebħu wkoll meta għelbu lil Tarxien Rainbows b’gowl li wasal fl-aħħar mumenti.
Iż-żewġ timijiet xorta waħda spiċċaw fl-aħħar żewġ postijiet ta’ dan l-Opening Round.
Kienet rebħa minima għal Naxxar Lions.

L-ewwel ċans tal-partita waslet fil-11-il minuta, meta Vinicius Ferreira De Jesus pprova minn barra l-kaxxa, b’konklużjoni li għaddiet ftit barra mil-lasti ta’Tarxien.

Fit-25 minuta,Tarxien wieġbu b’azzjoni tajba meta Andreas Vella tefa’ kross mix-xellug u l-akkwist il-ġdid
Isidoro Hinestroza prova b’daqqa ta’ ras, iżda Matthias Debono salva tajjeb u l-ballun spiċċa f’korner.
L-ikbar ċans tal-ewwel taqsima wasal fit-43 minuta meta Vinicius Ferreira De Jesus ġie mwaqqa’ filkaxxa minn Andreas Vella u r-referee indika l-penalty.
Mill-11-il metru Joao Victor Souza Dos Santos prova jiftaħ liskor,iżda Aleksander Lubik qara
tajjeb u laqa’, b’Tarxien jikklerjaw il-periklu.
Fil-ħin miżjud wasal il-gowl tar-rebħa, meta minn free-kick mixxellug, konfużjoni fil-kaxxa, Rosiel Pereira Da Silva sab l-spazju biex jikkonkludi b’mod preċiż fix-xibka, gowl li tefa’ lil Naxxar
Lions fil-vantaġġ.