Lokali

Robert Abela qed ikisser it-trasparenza u l-kontabbiltà

Robert Ablea huwa żbaljat meta hu flimkien mal-Ministri tiegħu jiddikjaraw biss l-assi bħala Membri Parlamentari u ma jiddikjarawx l-assi bħala Ministri.

Dan kien punt li tqajjem mill-editorjal tal-Malta Today wara l-aħħar tbeżbiża, li qala’ l-Gvern ta’ Abela mill-Kumissarju tal-Istandards dwar id-dikjarazzjoni tal-assi,  fejn l-editur stqarr li Robert Abela qed jagħmel  ħażin meta jinjora din is-sistema mingħajr ma jintroduċi oħra li hija iktar robusta u trasparenti.

Il-Kummissarju tal-Istandards Joseph Azzopardi kiteb lill-Prim Ministru fis-6 ta’ Jannar li għadda biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar dawn l-iżviluppi u insista li dan ifisser ħaġa waħda biss: li kull Ministru qed jonqos mill-obbligu tiegħu

Bl-Editorjal ikompli jgħid li l-azzjonijiet tal-Prim Ministru naqsu t-trasparenza u l-kontabbiltà u mhux komplew isaħħuhom. Turija, fi kliem l-editorjal, li tindika li hemm xi ħaġa x’jaħbu – u li fuq kollox dan l-aġir huwa wieħed tal-mistħija.

Il-ġurnal żied jgħid li l-poplu Malti jixtieq jara dikjarazzjonijiet dettaljati kif suppost u bl-informazzjoni kollha dwar id-dħul finanzjarju tagħhom, dwar l-assi u t-taxxa mħallsa. Dan flimkien ma’ dikjarazzjoni li turi t-taxxa mħallsa u xi dħul ieħor għandhom.

L-editorjal saħaq li dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu ippublikati fuq is-sit tal-Paralment biex il-poplu kollu jkun jista’ jarahom. U l-Ministri u l-Membri Parlamentari għadnhom iħallsu multa jekk dawn jonqsu milli jiddikjaraw l-assi fil-ħin jew jiddikjaraw dokumenti mhux mimlija fl-intier tagħhom.

Fi kliem sempliċi, il-poplu Malti u Għawdxi jixtieq jara iktar u mhux inqas.

Intant, il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jitlob lill-Prim Ministru u l-Ministri kollha tal-Gvern, biex jekk verament m’għandhom xejn x’jaħbu mill-poplu li eleġġiehom, ipoġġu lilhom infushom għall-iskrutinju pubbliku.