Futbol

Żabbar St Patrick jegħlbu lil Gżira United

Gżira United………….0
Żabbar St Patrick…….
2
Gżira U: E. Colombo, G. Mentz Bohrer, D. Abela, A. Borg, S.Perlaza, A. Penha Da Costa, M.Van De Bovenkamp (C. Failla), I.Chrisnovic, N. Cassar (B. Borg) , J. Calderon, M. Stojanovic
Żabbar SP: I. Colombo, M. Forte (I. Akpan), S. Pedro, Y. Im, J.Micallef, Z. Leonardi, R. Scicluna, M. Barbosa da Rocha, K.Scicluna, J. Pisani, M. Fontanella
(N. Agius)
Skorjaw: M.Barbosa da Rocha 5’, M.Fontanella 29’(Żabbar SP)
Referee: Matthew De Gabriele

Żabbar St. Patrick irnexxielhom jevitaw laħħar żewġ postijiet tal-klassifika wara rebħa ta’ 2-0 kontra
Gżira United. Wara ħames minuti logħob, Żabbar fetħu l-iskor meta Barbosa rċieva fil-kaxxa u minn angolu diffiċli tefa’ xutt mill-isbaħ li spiċċa fix-xibka għal 1-0.

Fid-29 minuta, Żabbar ingħataw penalty meta Stojanovic mar biex ineħħi l-ballun, iżda minflok laqat saqajn Cejas. Il-penalty ġie mogħti minn Mario Fontanella u mill-11-il metru ma falliex u għamel l-iskor 2-0.

Fit-43 minuta, free-kick minn distanza ta’ Bonilla ġie milqugħ tajjeb minn Colombo li kien attent u salva. Fid-59 minuta, Bonilla reġa’ pprova b’xutt mal-ewwel, iżda għal darb’oħra sab lil Colombo f’postu li laqa’ tajjeb.