Lokali Mużika

‘ABBA & the Best Hits of the 80s’

Il-mużika tal-grupp leġġendarju ABBA flimkien ma’ suċċessi tas-Snin Tmenin fi spettaklu live fit-teatru tal-Università tal-Qroqq fl-24 u 25 ta’ Jannar – Produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment

Wara s-suċċess b’diversi produzzjonijiet mużikali, Spiteri Lucas Entertainment se tkun qed tippreżenta ‘ABBA & the Best Hits of the 80s’, spettaklu mużikali li ser jittella’ nhar is-Sibt 24 ta’ Jannar fis-7.30 ta’ filgħaxija u l-Ħadd 25 ta’ Jannar 2026 fil-5.30 ta’ filgħaxija fit-Teatru Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta f’Tal-Qroqq.
‘Abba & the Best Hits of the 80s’ hu spettaklu għall-familja kollha mżewwaq b’kant, mużika, kostumi, korjografija u diversi effetti viżwali, li żgur se joffri attrazzjoni differenti lil kull min ħa jattendi għalih.
Matul l-ispettaklu se jiġu interpretati bosta suċċessi mużikali tal-grupp leġġendarju ABBA bħal ‘Dancing Queen, ‘Super Trouper, ‘Waterloo, ‘Fernando’, ‘The Winner Takes it All’, ‘SOS’, ‘Gimme Gimme Gimme’, ‘Money Money Money’, ‘Mamma Mia’, ‘Thank You for the Music’ u ‘Lay all your love on Me’ fost l-oħrajn.
Ma’ dawn is-siltiet, se jiġu interpretati wkoll numru ta’ kanzunetti popolari li sawru l-istorja mużikali tas-Snin Tmenin. Siltiet ta’ artisti u gruppi bħal Wham, Irene Cara, Village People, Lionel Ritchie, Whitney Houston, Prince, Queen, Culture Club, The Police, Madonna, Alan Parsons Project, Bryan Adams, Michael Jackson u diversi oħrajn. Biżżejjed insemmu kanzunetti bħal ‘Wake Me Up Before You Go Go’, ‘What a Feeling’, ‘YMCA’, ‘All Night Long’, ‘I Wanna Dance With Somebody’, ‘Purple Rain’, ‘Radio Ga Ga’, ‘Karma Chameleon’, ‘Every Breath You Take’, ‘Material Girl’. ‘Eye in the Sky’, ‘Heaven’, ‘Billie Jean’ u bosta oħrajn.
Fost il-protagonisti li se jieħdu sehem f’dan l-ispettaklu nsibu lil Ozzy Lino, Gloriana, Ludwig Galea, Michela Galea, Laura Bruno, Neville Refalo, Ivan u Krista Spiteri Lucas, Marie Claire Attard Bason, Rachel Grech u Josef Tabone li għandu f’idejh id-direzzjoni ta’ kor magħmul minn diversi tfal u adolexxenti li se jkunu qed jakkumpanjaw fi wħud mis-siltiet li se jiġu interpretati waqt dan l-ispettaklu.
Id-direzzjoni mużikali hija f’idejn Mark Spiteri Lucas, filwaqt li l-korjografija ġiet fdata f’idejn Celaine Buhagiar u ż-żeffiena minn Dancel Dance Studio. Id-direzzjoni artistika ġiet fdata f’idejn Ludwig Galea.
Il-booking għal ‘Abba & the Best Hits of the 80s’ jinsab miftuħ u l-biljetti jistgħu jinxtraw online minn www.bookingoffice.com.mt jew billi wieħed iċempel 99468429.