Futbol Sport

Barcelona jirbħu El Classico biex jieħdu s-Supercopa de España

Barcelona rebħu t-tieni finali konsekuttiva tas-Super Cup Spanjola wara li għelbu lil Real Madrid 3-2 f’partita mimlija ħafna emozzjonijiet u tensjoni.
Din il-partita ntlagħbet f’Jeddah, l-Arabja Sawdija.
B’din ir-rebħa ta’ El Clasico, Barcelona ħadu s-16-il titlu ta’din il-kompetizzjoni, wara li kienu rebħu wkoll il-finali tas-sena l-oħra kontra l-istess avversarji.
Blaugrana fetħu l-iskor fis-36 minuta permezz ta’ Raphinha, li sab ir-rokna t’isfel tax-xibka b’xutt
preċiż.
Vinicius Jr ġab l-iskor indaqs għal Real Madrid, wara azzjoni brillanti fejn għadda minn Jules Koundé u kkonkluda mil-bogħod.
Ftit minuti wara, Robert Lewandowski reġa’ poġġa lil Barcelona fil-vantaġġ, iżda
Gonzalo García wieġeb immedjatament għal Real Madrid wara konfużjoni fil-kaxxa, biex l-ewwel
taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 2-2.
Fit-tieni taqsima, il-gowl deċiżiv wasal fis-73 minuta, meta Raphinha skorja t-tieni gowl tiegħu b’xutt mill-isbaħ li spiċċa fix-xibka u ta vantaġġ kruċjali lil Barcelona. Fl-aħħar minuti, il-logħba kienet mimlija tensjoni miż-żewġ naħat, hekk kif Frenkie de Jong tkeċċa, wara li ntwera l-karta ħamra mir-referee Jose
Munuera fil-ħin miżjud wara foul fuq Kylian Mbappé.
L-attakkant Franċiż Kylian Mbappe daħal bħala sostitut wara li rkupra minn injury fl-irkoppa.
Barcelona żammew sod u assiguraw rebħa, biex saru l-ewwel tim mill-2011 li jirbaħ dan
it-titlu għal żewġ snin konsekuttivi.