Lokali

Fake news oħra mill-midja ta’ Robert Abela

Ma taqta’ xejn l-istrateġija ta’ propaganda u fake news imbuttata mis-Super One permezz tal-pjattaformi tiegħu. Dan hekk kif dalgħodu sebħu b’aħbar qarrieqa oħra dwar żjara riċenti li għamel Alex Borg lill-anzjani f’żewġ residenzi differenti.

Tas-Super One qalu li l-ħaddiema barranin f’dawn ir-residenzi ġew ċensurati. Iżda l-fatti huma assulutament l-oppost.

Fil-fatt, kif juru dawn ir-ritratti (meħuda mill-istqarrija stess tal-PN, li huma stess ammettew li magħha nħarġu ritratti li jinkludu ħaddiema barranin) anke fuq il-midja soċjali ta’ Alex Borg ma ġew iċċensurati ebda ħaddiema.

Dan kollu juri li hija gidba li xi ħaddiema ġew ċensurati mill-midja soċjali tal-Kap tal-PN kif qalet il-midja Laburista bil-fake news li ffabbrikat.