Lokali Temp

“Ftit maltemp… u dawn huma l-effetti”

Permezz ta’ diversi ritratti li tpoġġew fuq il-mida soċjali, l-Għaqda Bdiewa Attivi tefgħet dawl fuq ir-riperkussjonijiet li jħalli l-maltemp fuq is-sors tagħna tal-ikel – li fil-maġġoranza tiegħu jiġi importat lejn il-ħwienet lokali.

Fuq Facebook, l-Għaqda insistiet li l-maltemp tal-aħħar jiem wera kemm it-temp jaffettwana direttament. Dan b’referenza għall-vapuri li ma vvjaġġawx lejn Malta jew li kellhom problemi jidħlu fil-portijiet tagħna.

“Tajjeb li wieħed jirrealizza r-riperkussjonijiet li pajjiż ikun jiddependi b’mod esaġerat għall-ikel tiegħu mill-prodott impurtat. Daqxejn maltemp għal ġurnata jew tnejn u dawn huma l-effetti”, stqarret l-Għaqda Bdiewa Attivi.