Jason Micallef, id-Delegat Speċjali tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, jidher li fetaħ il-kanuni fil-konfront tat-tmexxija tal-Labour wara li l-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ramih u waqqagħlu kliemu għal kollox b’rabta mal-ħaxix ta’ Ta’ Qali, jew aħjar, in-nuqqas tiegħu.
Dan hekk kif f’intervista ma’ Lovin Malta, Robert Abela saħaq li l-aħjar ikunu ċari man-nies u jgħidulhom li ħaxix fi Frar mhux se jaraw, b’mod speċjali issa li se jibdew il-kunċerti.
Il-poplu issa ilu jistenna ġimgħat sħaħ biex jitla’ dan il-ħaxix fil-picnic area ta’ Ta’ Qali, wara li l-Gvern, taħt ir-responsabbiltà ta’ Micallef għax hu jieħu ħsieb iż-żona… nefaq mat-€300,000 ramel u żrar, b’Jason Micallef jgħid li suppost jgħin aktar lil ħaxix jikber.
Iżda issa l-Prim Ministru waqqa’ għal kollox kliem Micallef, hekk kif ta x’jifhem li l-ħaxix se narawh sena oħra …għaliex issa jkun hemm il-kunċerti. Tajjeb ngħidu li fil-family park ta’ Ta’ Qali ma jsirux kunċerti, iżda picnics u attivitajiet… dan ifisser li bi preċiż ħadd ma jaf għal liema kunċerti Abela kien qiegħed jirreferi.

Intant, Jason Micallef ma ħadha tajjeb assolutament xejn u kixef l-inkwiet u taqbid kbir li hemm fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Dan hekk kif fuq il-midja soċjali, Micallef saħaq li l-attenzjoni tiġi u titlaq, iżda l-irġulija tibqa għal dejjem – botta ċara u tonda għal Abela u sħabu.
Dan filwaqt li waqt li d-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba mar fuq l-aħbarijiet tas-Super One jiftaħar bl-għaqda li hemm fi ħdan il-Labour, Jason Micallef staqsih b’messaġġ kollu sarkażmu u ironija jekk tkellimx fuq il-ħaxix.
Din tal-ħaxix lil Jason Micallef tagħtu ġewwa wisq, tant li wara li ħassu mormi minn Robert Abela quddiem għajnejn il-poplu, spiċċa attakka lil ġurnal Times of Malta għaliex ħadu fondi mill-Gvern….u sussegwentament attakka lil podcaster Trudy Kerr li kien hedded li ħa jressaqha l-Qorti għax qaltlu li l-ħaxix mhux se jikber fi żmien qasir….fatt li issa Abela qed jaqbel ma’ Kerr.



