Lokali

Mara ma tweġġax f’ħabta bil-karozza f’Ħal Luqa

Mara tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif it-Tnejn filgħodu ħabtet bil-karozza f’ċint – iżda fortunatament ma weġġgħetx.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 am fl-inħawi ta’ San Vincenz de Paul, f’Ħal Luqa.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u jtellgħu il-karozza li daħlet fiċ-ċint. Il-mara ngħatat ukoll l-ewwel għajnuna minn tim mediku u rriżulta li ma kienet sofriet l-ebda ġrieħi.