Mara ta’ 54 sena residenti Ħal Balzan, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:15 ta’ filgħodu, fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Bl-inċident ġew infurmati l-Pulizija u l-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin


