Lokali

Raġel ferut wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Santa Venera

Raġel Indjan ta’ 25 sena waqa’ għoli ta’ ftit aktar minn sular, f’garaxx ta’ negozju.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 pm, Triq Ħal Qormi , Santa Venera.

Fil-post issejħu l-pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika, fejn ġie kkonfermat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.