Internazzjonali

Unuri għal ‘One Battle After Another’ u Timothée Chalamet

Il-Ħadd filgħaxija ittellgħet b’suċċess it-83 edizzjoni annwali tal-Golden Globe Awards, f’Los Angeles, hekk kif Hollywood iċċelebra l-aqwa suċċessi televiżivi, fuq pjattaformi online u films internazzjonali.

Jean Smart kienet fost ir-rebbieħa ta’ dawn l-unuri meta rebħet l-aqwa prestazzjoni minn attur femminili f’serje televiżiva. Dan filwaqt li ‘Adolescence’ rebaħ il-Golden Globe għall-aqwa serje.

Owen Cooper, ta’ sittax-il sena, kien premjat bħala l-aqwa attur maskili f’dan is-serje – bi Stephen Graham u Erin Doherty ukoll jirbħu premjijiet għall-irwoli tagħhom f’Adolosence.

Seth Rogen rebaħ l-unur għall-Aqwa Attur maskili f’serje mużikali jew komiku għall-produzzjoni ‘The Studio’ – li rebħet ukoll l-Aqwa Serje Televiżiva komika.

Fil-kategoriji tal-films, “One Battle After Another” ta’ Leonardo Di Caprio, rebaħ l-aqwa Film, filwaqt li Paul Thomas Anderson rebaħ l-aħjar direttur u l-aqwa skript.

“Hamnet” rebaħ l-aqwa Film drammatiku, Jessie Buckley rebħet l-unur tal-aqwa attrici, filwaqt li Timothée Chalamet rebaħ il-premju għall-aqwa attur.

Apparti minn hekk, Wagner Moura rebaħ l-aqwa attur drammatiku għall-irwol tiegħu f’The Secret Agent.

U l-film animat ta’ Netflix “KPop Demon Hunters” kiteb l-istorja hekk kif rebaħ l-Aqwa Film animat u l-unur tal-aqwa Kanzunetta Oriġinali għal “Golden”.

Intant, matul il-lejl ingħataw ukoll premji għall-ewwel darba għall-podcasts – b’Amy Poehler tirbaħ l-ewwel Golden Globe għall-Aqwa Podcast bl-isem ‘Good Hang’.