Net News fl-aħħar jiem irċieva diversi rapporti dwar splużjoni ta’ drenaġġ fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara.
Sorsi li tkellmu magħna spjegaw li din il-problema ilha li bdiet iktar minn ġimgħa, u r-residenti qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ riħa tintenn u ħmieġ quddiem djarhom.




Mhux hekk biss iżda dawn ir-residenti li tkellmu magħna kkonfermaw ukoll li saru diversi rapporti lill-awtoritajiet ikkonċernati fejn uħud tħallew bla risposta, u oħrajn li tkellmu mal-Water Services Corporation ġew infurmati li din is-sitwazzjoni se tibqa’ hekk sal-aħħar ta’ Jannar.
Bir-residenti juru t-tħassib tagħhom dwar kif dan il-ħmieġ qed iwassal għal diversi firien.



