Internazzjonali

Donald Trump jiddikjara tariffi ta’ 25% fuq pajjiżi li jagħmlu kummerċ mal-Iran

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddikjara li pajjiżi li jagħmlu xi tip negozju jew kummerċ ma’ l-Iran ser jaffaċja tariffi ta’ 25% – dan wkoll bħala reazzjoni ta’ tweġiba għal protesti li qed isiru fl-Iran bħala kontra r-Reġim Iżlamiku.

Trump reġa’ saħaq wkoll li lest jiftaħ attakk b’missili ta’ distanza twila fuq il-pajjiż, anke jekk ir-reġim Iżlamiku, jiftaħ in-nar fuq il-poplu tiegħu stess u jinqatlu n-nies.

Ir-reġim Iranjan, fl-istess ħin, qed jaħseb għal kull eventwalità; anki waqt li qed ikompli bil-massakri u l-arresti tad-dimostranti li qamu kontra Khamenei. Dan anke wara li r-Reġim hedded li jekk l-Istati Unitit twettaq attakki fuq l-Iran, huma ser jirritaljaw fil-konfront ta’ ambaxxati Amerikani u Iżraeljani fir-reġjun.

Minkejja dan il-kliem b’saħħtu, il-President Trump qed ikompli jwissi li l-Istati Uniti qed tikkunsidra ‘diversi għażliet deċiżivi’, li skont Trump, kapaċi jwasslu għat-tmiem tat-tmexxija tar-reġim fl-Iran.