Lokali

Il-Kunsill Ġenerali tal-PN fil-25 ta’ Jannar

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed issir fil-25 ta’ Jannar f’Għawdex.

Dan tħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello waqt laqgħa tal-Kumitati li saret it-Tnejn filgħaxija fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Waqt din l-attivita, Charles Bonello rringrazzja lil dawk kollha preżenti tal-ħidma u l-appoġġ kontinwu tagħhom. U tenna dwar l-importanza li kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu biex il-Partit Nazzjonalista jkun il-partit rebbieħ.

Il-Kunsill Ġernali se jsir f’Għawdex u se jkun segwit mill-ikla tal-ħbieb – u matul il-ġimgħa ta’ qabel il-Kunsill Ġenerali se jsiru diversi laqgħat reġjonali u laqgħat għall-istrutturi tal-Partit.

Il-Kumitati ġew infurmati wkoll, li beda l-proċess għall-Konvenzjoni Ġenerali, dan filwaqt li tħabbar li matul il-jum tas-6 ta’ Frar se ssir maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-media – propju f’jum it-twelid tal-eks Prim Ministru u President Emeritu Eddie Fenech Adami.

Charles Bonello ta wkoll informazzjoni dwar ir-riżultati tat-tesseramenti u s-suċċess tal-weekend iddedikat lit-tesseramenti – fejn 25% tal-pagamenti diġa’ inġabru f’dak il-weekend.

Intant, is-Segretarju Ġenerali tal-PN ta wkoll informazzjoni dwar l-istrutturi tal-partit u l-elezzjoni interna li se ssir aktar tard din il-Ġimgħa.