L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, telaq minn Malta lejn l-Indja sabiex jipparteċipa fil-Konferenza tal-Ispeakers u tal-Uffiċjali Presidenzjali tal-Commonwealth (CSPOC).
Il-konferenza qed tiġi ospitata mill-Parlament tal-Indja u tlaqqa’ flimkien Speakers u Uffiċjali Presidenzjali tal-Parlamenti tal-Commonwealth biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess parlamentari komuni u ta’ kooperazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Commonwealth.
L-Ispeaker Farrugia qed jiġi akkumpanjat mill-Iskrivan tal-Kamra, Eleanor Scerri, li wkoll ġiet mistiedna tipparteċipa fil-konferenza fil-kapaċità uffiċjali tagħha.
//= $special ?>

