Ir-Russja ta’ Vladimir Putin qed tkompli tattakka lill-infrastruttura tal-enerġija fl-Ukrajna bil-ħsieb li telimina s-sorsi tad-dawl għaċ-ċivili Ukreni għal matul ix-xhur tax-xitwa.
Intant, matul il-lejl tat-Tnejn u t-Tlieta, l-Ukrajna ġarrbet l-effetti minn mewġa oħra ta’ drones u missili li rriżultaw f’diversi mejtin u midruba fost il-ħsarat inevitabbli għall-faċilitajiet li jipproduċu l-elettriku.
Mifhum li fl-attakk kienu sparati madwar 300 drone u numru ta’ cruise missiles – bil-President Ukren, Volodymyr Zelensky, jikkonferma li l-Kremlin irid jeqred kull sors tas-sħana għall-familji ta’ pajjiżu waqt l-eqqel tal-gwerra.
Id-drones inkwistjoni laqtu l-infrastruttura ċivili fl-inħawi ta’ Dnipro, Zhytomyr, Zaporizhzhia, Kiev, Odesa, Sumy, Kharkiv u Donetsk – bl-Ukrajna qed tistenna aktar attakki simili matul il-jiem li ġejjin.
Numru ta’ drones laqtu wkoll faċilità ewlenija tal-entità DTEK li tipprovdi l-aktar sorsi tal-enerġija lill-Ukreni – u meta l-vittmi ta’ dan l-attakk kienu kollha residenti fil-belt ta’ Kharkiv.
Kienu wkoll irrappurtati l-midruba fil-belt tal-port ta’ Odesa fost il-bumbardamnenti tar-Russi fuq l-infrastruttura ċivili …Sitwazzjoni fejn il-missili u d-drones laqtu l-kumplessi residenzjali, faċilità medika, kindergarten, skola u fitness centre fost oħrajn.
//= $special ?>

