“Kull vjaġġ għandu l-bidu tiegħu”.
Dan kien messaġġ li nkiteb fuq il-midija soċjali tal-Ajruport Internazzjonali hekk kif l-MIA ippubblikaw ritratti storiċi li juru x-xogħol li kien sar fis-snin Disgħin biex inbena t-terminal il-ġdid.
Fil-fatt, kien il-Gvern Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami li bena dan it-terminal modern u li kien jixraq għall-kapitlu l-ġdid li kien daħal fih pajjiżna wara l-elezzjoni tal-1987.
Dan l-ajruport jibqa’ timbru tal-viżjoni fit-tul u l-investiment li għamel Gvern Nazzjonalista tul is-snin.
Apparti l-ajruport, tul is-snin il-PN fil-Gvern għamel investimenti kbar li għadna ngawdu sal-lum. Fost dawn, jibqgħu jissemmew il-power station il-ġdida ta’ Dellimara u t-tneħħija tal-faħam mill-Marsa, l-investiment fil-Port Ħieles, il-bini ta’ Mater Dei, il-bini tat-terminal taċ-Ċirkewwa, il-bini tat-terminal tal-Imġarr, il-bini ta’ tliet vapuri għall-Gozo Channel, il-Valletta Waterfront, il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali u lista sħiħa ta’ proġetti oħrajn.
Intant, fis-7 ta’ Frar li ġej se nkunu qed niċċelebraw għeluq snin l-Eks Prim Ministru u President Emeritu Eddie Fenech Adami.
//= $special ?>

