Erba’ persuni kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard f’Ħal Tarxien għal ħabta tas-6:15 tat-Tnejn filgħaxija.
Dan wara li vann tal-għamla Toyota, misjuq minn raġel ta’ 48 sena mill-Kalkara laqat raġel ta’ 35 sena residenti Raħal Ġdid.
Intant kaġun ta’ dan inċident, seħħ wkoll impatt ma’ żewġ karozza wara li x-xufier tal-vann waqaf f’salt sabiex ma jolqotx lir-raġel ta’ 35 sena.
Tant li karozza tal-għamla Honda misjuqa minn raġel ta’ 26 sena minn Birżebbuġa, u Toyota Yarris, misjuqa minn raġel ta’ 43 residenti l-Pieta, tilfu l-kontroll u daħlu f’xulxin.
Fil-post issejħu l-pulizija sabiex jassistu u jikkontrollaw it-traffiku f’din iż-żona. Dan apparti team mediku mill-Isptar Mater Dei.
Jidher li x-xufiera ma sofrew l-ebda’ grieħi, filwaqt li r-raġel ta’ 35 sena, li safa milqut mill-vann, sofra minn xi ġrieħi – Madanakollu il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>

