Eżatt bħal-lum ġimgħa, Net Television se jibda jxandar reality show ġdid bl-isem AKOMA.
Dan il-programm se jwassal l-esperjenza ta’ sitt parteċipanti li se jmorru l-Ghana, fl-isptar u l-iskola li huma mmexxija mill-organizzazzjoni lokali HopeXchange. U f’dawn it-tlettax-il ġimgħa se ngħixu pass pass din l-istess esperjenza mill-qalba tal-kontinent Afrikan.
Il-programm se jiġi preżentat minn Naomi Meli, li hija wiċċ ġdid fuq Net Television.
Naomi se tkun qed twassal l-avventura ta’ dawn is-sitt parteċipanti, li huma Daniela Farrugia, Antoni Galea, Christine Borg, Marvic Camilleri, Xandru Grech u Chloe Portelli Warne.
Ir-reality se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit-8:30pm.
//= $special ?>

